il-gazzetta tal-lum l-istorja tal-gazzetti ikkuntattjana

Is-Sibt

11 t' Ottubru, 2008


»Is-Sibt, 11 ta' Ottubru
»Taqta' r-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Iżvizzera
»Rapport ta' tħaffir illegali ta' boreholes
»Raġel ta' 33 sena miżmum fuq pussess ta' droga
»Is-saħħa tal-aħwa Cuschieri fil-MLP dejjem iktar toħroġ fil-beraħ
»Bżonn li l-UE tindirizza l-problema tal-immigrazzjoni llegali f'pajjiżi żgħar
»Jinħataf vapur ieħor u jinħeles ieħor
Il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ u l-gazzetta ‘Il-Mument’ issa ilhom iwasslu servizz lill-poplu Malti u Għawdxi għal aktar minn tletin sena - tletin sena ta’ servizz kontinwu fi żminijiet diffiċli, fi żminijiet meta l-libertŕ u d-demokrazija f’pajjiżna kienu taħt theddida, fi żminijiet trankwilli u eċitanti u fi żminijiet storiċi bħal meta pajjiżna sar membru ta’ l-Unjoni Ewropea u, riċentement, meta pajjiżna daħal fiż-żona ewro.

‘In-Nazzjon’, dakinhar bl-isem ‘In-Nazzjon Tagħna’, ħareġ għall-ewwel darba għall-qarrejja fl-1 ta’ Lulju ta’ l-1970. Dawk kollha li għexu din l-esperjenza eċitanti jirrakkontaw li dakinhar dan il-ġurnal ġdid tal-Partit Nazzjonalista, li allura kien qiegħed jieħu post il-gazzetta ‘Il-Poplu’ li kienet toħroġ tliet darbiet fil-ġimgħa, intlaqgħet tajjeb ħafna l-inkoraġġiment u s-sostenn kien wieħed pożittiv ħafna.

Tul is-snin il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ għadda minn diversi episodji sbieħ u inqas sbieħ, l-aktar fil-perjodu bejn l-1971 u l-1987 meta ripetutament kien taħt il-mira ta’ min ma riedx li l-poplu jitwassallu leħen ieħor. Madankollu l-qarrejja tal-ġurnal dejjem baqgħu jsegwuh b’interess qawwi u għalhekk id-direzzjoni, minn żmien għal żmien, dejjem għamlet fih it-tibdil u l-aġġornament neċessarju biex ‘In-Nazzjon’ baqa’ dejjem ġurnal frisk u b’dehra attraenti kif jitolbu ż-żminijiet.

Matul dawn is-38 sena ta’ ‘In-Nazzjon’ il-ġurnal kellu diversi Edituri — Michael Schiavone, Victor Camilleri, Joseph Cachia, Hector Bruno, Mario Schiavone, Joe M. Zahra, John Zammit u Alex Attard.

Nhar il-ħadd, 9 ta’ Jannar ta’ l-1972 il-Partit Nazzjonalista kiteb paġna oħra storika fl-istorja tiegħu meta għall-ewwel darba ħarġet għall-bejgħ il-gazzetta ta’ kull nhar ta’ ħadd ‘Il-Mument’.

Id-deċiżjoni li l-Partit Nazzjonalista jkollu wkoll din it-tieni gazzetta tiegħu kien ġej mill-fatt li l-Partit ħass li kellu jsaħħaħ il-kuntatt tiegħu mal-poplu. L-ewwel Editur ta’ ‘Il-Mument’ kien Michael Refalo. Warajh servew bħala ta’ ‘Il-Mument’ Michael Schiavone, Carmel Callus u Victor Camilleri.

Tul is-snin il-gazzetta ‘Il-Mument’ kibret qatigħ u mhux biss żdiedu bl-eluf il-qarrejja tagħha, imma l-aġġornament kien konsistenti u regolari. Matul il-milja tas-snin ‘Il-Mument’ ukoll għadda minn diversi ġrajjiet partikulari, kemm fi żminijiet meta pajjiżna kien għaddej minn mumenti diffiċli ħafna, u anki matul is-snin meta pajjiżna għeleb it-theddida għad-demokrazija u l-libertŕ u mexa sew ’il quddiem b’kisbiet kbar u storiċi bħal meta Malta saret membru ta’ l-Unjoni Ewropea.

Imma sehem sinjifikanti u mill-aktar partikulari fis-suċċess ta’ dawn iż-żewġ gazzetti bla dubju ta’ xejn hi d-Dar Ċentrali li fiha jitilgħu l-istess gazzetti. ‘In-Nazzjon’ u ‘Il-Mument’ huma sinonimi mad-Dar Ċentrali li tul is-snin ukoll għaddiet minn ħafna esperjenzi kbar tant li tilgħab rwol kruċjali fl-istorja politika ta’ pajjiżna. Illum id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista tinsab ftit ’il bogħod milli terġa’ tkun inawgurata mill-ġdid — investiment ta’ miljuni ta’ ewro li għamluha Dar Ċentrali moderna kif jixraq lill-Partit Nazzjonalista fiż-żminijiet ta’ llum - Dar Ċentrali moderna b’mezzi ta’ komunikazzjoni aġġornati kif jitolbu ż-żminijiet ta’ llum — jiġifieri mhux biss il-gazzetti ‘In-Nazzjon’ u ‘Il-Mument’, imma, magħhom, stazzjon tar-radju – ‘Radio 101’, stazzjon tat-televiżjoni ‘Net Television’ u website ‘maltarightnow.com’.

In-Nazzjon

Editur: Alex Attard
Email: alex.attard@media.link.com.mt

Assistent Editur: Roderick Agius
Email: roderick.agius@media.link.com.mt


il-mument

Editur: Victor Camilleri
Email: mument@media.link.com.mt

Assistent Editur: Joe Cassar
Email: mument@media.link.com.mt

Stamperija Indipendenza, Dar Ċentrali Partit Nazzjonalista, Triq Herbert Ganado Pieta' HMR 08, MALTA • Tel: 21243641 • Fax: 21243640
Abakus Solutions